Is-Sinagoga tat-Triq Dohány inbniet fid-deċennju tal-1850 u hi l-akbar waħda fl-Ewropa u t-tieni l-akbar fid-dinja. Fl-akkwati tagħha hemm mużew u arkivji, mafkar għall-10,000 suldat Ungeriż Lhudi li tilfu ħajjithom fl-Ewwel Gwerra Dinjija, ġnien li jintuża bħala ċimiterju għall-vittmi tal-Olokawst kif ukoll il-Park tal-Mafkar ta’ Wallenberg. Il-Kumpless tas-Sinagoga tat-Triq Dohány hu simbolu tal-integrazzjoni, tat-tfakkir u tal-ftuħ għad-djalogu.
Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.