L-Isptar tal-Partiġjani ta' Franja kien sptar sigriet taż-żmien it-Tieni Gwerra Dinjija mmexxi mill-partiġjani Sloveni bħala parti minn moviment ta’ reżistenza kontra l-forzi okkupanti Nazisti.
Ir-refuġju kkura lis-suldati midrubin kemm mill-forzi tal-Alleati kif ukoll tal-Assi u t-tobba ġew minn diversi pajjiżi Ewropej.
L-isptar kien immexxi u miżmum sigriet bis-saħħa tal-appoġġ tan-nies lokali. Illum, dan l-isptar ġie trasformat f’mużew li jippromovi s-solidarjetà, il-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem.
Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.