Il-Bibljoteka Ġenerali tal-Università ta' Coimbra ġiet stabbilita qabel l-1513 u tinkludi l-bibljoteka Joanina, waħda mill-aktar bini bibljotekali notevoli u innovattivi tal-Ewropa tas-seklu tmintax.
Għal sekli sħaħ, din il-bibljoteka ddefinixxiet lilha nnifisha bħala “librerija pubblika”.
Kienet waħda mill-ewwel bibljoteki fl-Ewropa li kienet tipprovdi katalgi tematiċi (1743) u qatt ma ppermettiet ebda ċensura fi żminijiet b'anqas libertà. Ħafna dokumenti ta’ importanza Ewropea jinżammu hawnhekk.
Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.