Skip to main content

Culture and Creativity

Il-Kastell ta’ Kynžvart – Il-post fejn isiru l-laqgħat diplomatiċi (ir-Repubblika Ċeka)

Il-Kastell ta’ Kynžvart, li jinsab fil-Punent tar-Repubblika Ċeka, hu mdawwar b'park storiku b’erja ta’ 293 ettaru. Fl-ewwel nofs tas-seklu 19, il-kastell reġa’ nbena mill-Kanċillier Awstrijak, il-Prinċep Klemens von Metternich (1773–1859). Hu kkontribwixxa bil-kbir għall-kollezzjonijiet sinifikanti tal-familja Metternich, b’mod partikolari l-librerija ta’ importanza Ewropea, inklużi kollezzjoni notevoli ta’ dagerrotipi (ritratti bikrija) u armarju ta’ kurjożitajiet. Il-kollezzjonijiet għadhom sal-lum il-ġurnata mhux maqsuma u huma kompletament aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-kastell ilu miftuħ għall-pubbliku mill-1928. Fl-1840, dan kien iċ-ċentru ta’ inizjattiva diplomatika, il-Proposta tal-Lega għall-Paċi. Din il-proposta kienet tirrappreżenta mument importanti fit-tfittxija għal bilanċ dejjiemi tal-poter fl-Ewropa.

Minħabba s-sjieda tiegħu minn figura storika magħrufa ħafna, il-Kanċillier Metternich, il-Kastell ta’ Kynžvart kien il-post fejn saru ħafna diskussjonijiet u negozjati dwar id-diplomazija Ewropea. Il-kastell jirrappreżenta post li jfakkar id-diplomazija Ewropea b’attenzjoni għat-tfittxija ta' bilanċ bejn l-Istati Ewropej ewlenin. Dan hu l-aktar element importanti tas-sit aktar milli l-involviment personali ta’ Metternich fl-istorja – li r-rwol tiegħu għandu jkun is-suġġett ta’ diskussjoni kritika.