Skip to main content

Culture and Creativity

Il-Kastell ta’ Kynžvart – Il-post fejn isiru l-laqgħat diplomatiċi (ir-Repubblika Ċeka)

Il-Kastell ta’ Kynžvart, li jinsab fil-Punent tar-Repubblika Ċeka, hu mdawwar b’park storiku b’erja ta’ 293 ettaru. Fl-ewwel nofs tas-seklu 19, il-kastell reġa’ nbena mill-Kanċillier Awstrijak, il-Prinċep Klemens von Metternich (1773–1859). Hu kkontribwixxa bil-kbir għall-kollezzjonijiet sinifikanti tal-familja Metternich, b’mod partikolari l-librerija ta’ importanza Ewropea li tinkludi kollezzjoni notevoli ta’ dagerrotipi (ritratti bikrija) u kamra tal-meravilji. Il-kollezzjonijiet baqgħu sal-lum fl-istat oriġinali tagħhom u huma kompletament aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-kastell ilu miftuħ għall-pubbliku mill-1928. Fl-1840, kien fiċ-ċentru ta’ inizjattiva diplomatika, il-Proposta ta’ Lega għall-Paċi. Kienet proposta li rrappreżentat mument importanti fit-tfittxija għal bilanċ dejjiemi bejn il-poteri Ewropej.

Minħabba li kien jappartjeni għal figura storika magħrufa ħafna, il-Kanċillier Metternich, il-Kastell ta’ Kynžvart kien il-post fejn saru ħafna diskussjonijiet u negozjati ta’ diplomazija Ewropea. Il-kastell huwa post li jfakkar id-diplomazija Ewropea attenta li jintlaħaq bilanċ bejn l-Istati Ewropej ewlenin. Dan hu l-element kruċjali dwar is-sit, aktar milli l-involviment personali ta’ Metternich fl-istorja, li r-rwol tiegħu għandu jkun is-suġġett ta’ diskussjoni kritika.

Last updated: