Skip to main content

Culture and Creativity

L-Arkivji tar-Renju ta’ Aragona, Barċellona, Spanja

Archives of the Crown of Aragon

L-Arkivji tar-Renju ta’ Aragona, li twaqqfu fl-1318, servew bħala sistema ta’ depożitu ċentralizzat ta’ memorji amministrattivi, ekonomiċi u politiċi tal-monarkija tar-Renju ta’ Aragona.

Matul is-sekli ta’ wara, l-arkivji baqgħu jikbru permezz tad-dokumenti li kienu jiġu ġġenerati mill-amministrazzjoni tal-istat u minn entitajiet oħrajn, biex illum bis-saħħa tagħhom nistgħu nibnu mill-ġdid l-istorja tar-reġjun u ta' avvenimenti kbar fl-istorja Ewropea.

Huma waħda mill-akbar ġabriet dokumentarji u l-aktar importanti tal-Ewropa medjevali, kif ukoll ta’ żminijiet moderni u kontemporanji.

Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.