Skip to main content

Culture and Creativity

L-Akkademja tal-Mużika Liszt Ferenc (Budapest, l-Ungerija)

L-Akkademja tal-Mużika Liszt Ferenc ġiet stabbilita fl-1875 mill-kompożitur u l-mużiċist eċċellenti nnifsu. Hi istituzzjoni multidimensjonali: istituzzjoni edukattiva, università internazzjonali tal-arti mużikali u ċentru għall-kunċerti. Din tqiegħed il-wirt mużikali tagħna fuq quddiem filwaqt li tippersisti fl-ispirtu tagħha ta’ ftuħ, kreattività u innovazzjoni u fil-karattru Ewropew u internazzjonali tagħha.

L-Akkademja tinsab f’bini tal-1907 minn Flóris Korb u Kálman Giergl, li hu meqjus bħala kapolavur tas-Seċessjoni Ungeriża. Hu jintegra fost l-oħrajn il-Mużew Kommemorattiv u ċ-Ċentru tar-Riċerka Liszt Ferenc, l-Istitut Kodály u l-Mużew Kodály.