Skip to main content

Culture and Creativity

Il-Mafkar ta’ Sighet, ir-Rumanija

Il-Mafkar ta’ Sighet jinsab f’sit li kien ħabs Stalinista f’Sighet li ntuża biex jissakkru t-tfal, l-istudenti u r-raħħala li kienu parti mir-reżistenza (1948-1950), l-opponenti politiċi, il-ġurnalisti u l-qassisin (1950-1955) u l-kriminali komuni sas-sebgħinijiet. Illum hu mafkar għall-vittmi tar-reġimi komunisti u jesibixxi l-iżvilupp u l-effetti tar-reġimi komunisti fir-Rumanija u f’pajjiżi oħrajn tal-Ewropa tal-Lvant. Il-Mafkar jipprovdi għarfien dwar ir-repressjoni minn reġimi komunisti fl-Ewropa matul is-seklu 20, inklużi l-mewt u t-tbatija li rriżultaw u li ġew esperjenzati bejn il-ħitan tal-ħabs u lil hinn minnhom.

Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.