Skip to main content

Culture and Creativity

Iċ-Ċimiterju tal-Front tal-Lvant tal-Ewwel Gwerra Dinjija Nru 123 (Łużna – Pustki, il-Polonja)

Iċ-ċimiterju ta’ żmien il-gwerra Nru 123, stabbilit fl-1918 fuq l-għolja ta’ Pustki hu x-xena ta’ waħda mill-akbar battalji tal-Ewwel Gwerra Dinjija fuq il-front tal-Lvant bejn l-armati Awstro-Ungeriżi u Ġermaniżi u l-Armata Russa: il-battalja ta’ Gorlice, imsejħa wkoll il-Verdun tal-Lvant. Iċ-ċimiterju hu l-post ta’ mistrieħ finali għas-suldati minn dawn it-tliet forzi armati, li ġejjin minn territorji li huma parti mill-Awstrija tal-lum, l-Ungerija, il-Ġermanja, il-Polonja, l-Ukrajna, ir-Russja, is-Slovenja,... u minn sfondi reliġjużi u lingwistiċi differenti.

Iċ-Ċimiterju tal-Front tal-Lvant tal-Ewwel Gwerra Dinjija Nru 123 hu post ta’ tifkira li jinkorpora l-idea ta’ ekumeniżmu, bit-trattament identiku tiegħu ta’ dawk li nqatlu, irrispettivament mill-affiljazzjoni militari, etnika jew reliġjuża tagħhom.