Il-wirt kulturali tal-Ewropa huwa mużajk rikk u varjat ta’ espressjonijiet kulturali u kreattivi, wirt minn ġenerazzjonijiet preċedenti ta’ Ewropej u legat għal dawk li ġejjin. Jinkludi siti naturali, mibnija u arkeoloġiċi, mużewijiet, monumenti, xogħlijiet tal-arti, bliet storiċi, xogħlijiet letterarji, mużikali u awdjoviżivi, u l-għarfien, il-prattiki u t-tradizzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej.
Filwaqt li l-politika f’dan il-qasam hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-UE hija impenjata li tissalvagwardja u ssaħħaħ il-wirt kulturali tal-Ewropa permezz ta’ għadd ta’ politiki u programmi.
Sib informazzjoni dettaljata dwar dawn il-politiki u l-programmi fit-taqsimiet li ġejjin: