Skip to main content

Culture and Creativity

Entitajiet Kulturali Pan-Ewropej

Badges forma ta’ qalb bil-bnadar tal-pajjiżi tal-UE fuq mappa

L-azzjoni l-ġdida tal-programm Ewropa Kreattiva għandha l-għan li tappoġġja l-entitajiet kulturali – bħall-orkestri – b’firxa ġeografika kbira, li l-għan tagħhom huwa li joffru opportunitajiet ta’ taħriġ, ta’ professjonalizzazzjoni u ta’ spettakli għal artisti żgħażagħ b’talent kbir.

Appoġġ biex jintlaħqu udjenzi żgħażagħ permezz ta’ avvenimenti f’xandira diretta u t-teknoloġija diġitali

Din l-azzjoni se tiffinanzja l-organizzazzjonijiet parteċipanti biex jipprovdu appoġġ għall-artisti żgħażagħ u tagħtihom l-opportunità li jiżviluppaw u juru t-talenti tagħhom b’mod regolari. Li jintlaħqu udjenzi żgħażagħ permezz ta’ spettakli f’xandira diretta u għodod diġitali huwa għan ewlieni.

L-organizzazzjonijiet se jkollhom jadottaw approċċ rigoruż u inklużiv għar-reklutaġġ ta’ artisti żgħażagħ. Ir-reklutaġġ għandu jiżgura wkoll li l-artisti involuti f’dawn il-proġetti jkunu ċittadini/residenti minn tal-anqas 20 pajjiż li jipparteċipaw fil-programm Ewropa Kreattiva.

Eliġibbiltà għall-finanzjament

F’dan l-istadju, din l-azzjoni se tkun immirata lejn organizzazzjonijiet li se jappoġġjaw mużiċisti żgħażagħ u ta’ talent kbir fil-qasam tal-orkestri. L-organizzazzjonijiet li jħarrġu artisti żgħażagħ b’talent kbir biex isiru professjonali, u li jorganizzaw u jippromwovu spettakli b’għan speċjali li jattiraw udjenzi żgħażagħ Ewropej, huma eliġibbli biex japplikaw.

Skopri aktar dwar il-proċess ta’ applikazzjoni

Sib aktar informazzjoni dwar l-Entitajiet Kulturali Pan-Ewropej u sejħiet għal proposti oħrajn taħt il-fergħa Kultura tal-programm Ewropa Kreattiva.

Aktar informazzjoni dettaljata dwar il-proċess ta’ applikazzjoni se tkun disponibbli fi żmien xieraq fis-sit web tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, kif ukoll fit-taqsima tas-sejħiet għal proposti u permezz tal-Uffiċċji ta’ Ewropa Kreattiva.

Tagged in:  Ewropa Kreattiva