Skip to main content

Culture and Creativity

Data tal-pubblikazzjoni:

ROCK - Riġenerazzjoni u Ottimizzazzjoni tal-Wirt Kulturali fi Bliet Kreattivi u ta’ Għerf

Il-proġett ROCK irċieva finanzjament mill-Programm Orizzont 2020 u jiġbor flimkien network ta’ għaxart ibliet madwar l-Ewropa (Lyon, Turin, Cluj, Eindhoven, Ateni, Vilnius, Liverpool, Lisbona, Skopje, Bologna).

Setturi:
Pajjiżi:
Daqs tal-baġit:
Sors ta' finanzjament:

L-għan hu li tiġi appoġġjata t-trasformazzjoni ta’ ċentri storiċi tal-bliet milquta minn tħassir fiżiku, kunflitti soċjali u bi kwalità ta’ ħajja fqira f’Distretti Kreattivi u Sostenibbli, permezz ta’ proċessi ambjentali, soċjali u ekonomiċi sostenibbli ġodda.

ROCK jiżviluppa u japplika approċċ sistemiku ċirkolari innovattiv biex jgħaqqad atturi differenti, postijiet ta’ valur u sistemi ta’ Wirt Kulturali, fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell lokali. ROCK iffoka fuq ċentri storiċi tal-bliet bħala laboratorji reali biex juri kif il-wirt kulturali jista’ jkun mutur ta’ riġenerazzjoni, żvilupp sostenibbli u tkabbir ekonomiku. Hu applika sensiela ta’ prattiki mudell fi tliet siti ta’ ttestjar f’Bologna, Lisbona u Skopje.

Matul kważi erba’ snin, l-għaxart ibliet ROCK kienu qed jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li juru kif il-wirt kulturali jista’ jkun il-forza mexxejja tas-sostenibbiltà urbana. Dawn ġew appoġġjati minn sħab fil-proġett, bħal fornituri ta’ servizzi, universitajiet, network ta’ intrapriżi, kumpaniji u aġenziji tal-iżvilupp, biex jittestjaw u javvanzaw għodod u approċċi mmirati lejn it-tiswir ta’ riġenerazzjoni urbana sostenibbli u mmexxija mill-wirt kulturali.

Uħud mis-soluzzjonijiet ta’ taħriġ innovattivi tagħhom jinkludu programm ta’ inkubazzjoni biex tingħata spinta lill-ħolqien ta’ negozju ekoloġiku u kreattiv f’kull belt u sessjonijiet ta’ ħidma dwar l-ekoinnovazzjoni biex tiġi stimulata l-innovazzjoni tan-negozju sostenibbli permezz ta’ skambji ta’ għarfien bejn l-SMEs ekoloġiċi u l-ECOPRENEURS minn madwar l-Ewropa kollha. L-UE kkontribwixxiet b’€9,873,585 għall-baġit globali tal-proġett.