Skip to main content
Culture and Creativity home page Culture and Creativity home page

Culture and Creativity

Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) huwa l-istrument ewlieni tal-Ewropa għall-investiment fin-nies.

B’baġit ta’ kważi €99.3 biljun għall-perjodu 2021-2027, l-FSE+ se jkompli jipprovdi kontribuzzjoni importanti għall-politiki tal-UE dwar l-impjiegi, dawk soċjali, dawk dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet, inklużi r-riformi strutturali f’dawn l-oqsma.

Il-Fond se jkun ukoll wieħed mill-pedamenti tal-irkupru soċjoekonomiku tal-UE mill-pandemija tal-coronavirus. Il-pandemija reġġgħet lura l-kisbiet fil-parteċipazzjoni fix-xogħol, sfidat is-sistemi edukattivi u tas-saħħa u żiedet l-inugwaljanzi. L-FSE+ se jkun wieħed mill-istrumenti ewlenin tal-UE li se jgħin lill-Istati Membri jindirizzaw dawn l-isfidi.

Se tingħata prijorità lil:

  • L-appoġġ liż-żgħażagħ biex isibu kwalifika, impjieg ta’ kwalità tajba, u jtejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom
  • Għajnuna lit-tfal fil-bżonn
  • Taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet tan-nies għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u diġitali
  • Bini tal-kapaċitajiet għas-sħab soċjali u l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili.
  • Kooperazzjoni transnazzjonali għall-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali madwar l-UE
  • Appoġġ dirett għall-innovazzjoni soċjali permezz tal-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)
  • Bħala parti mill-politika ta’ koeżjoni, l-FSE+ se jkompli wkoll il-missjoni tiegħu li jappoġġja l-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali fl-UE – it-tnaqqis tad-disparitajiet bejn l-Istati Membri u r-reġjuni.

FSE+: erba’ fondi miġburin flimkien

L-FSE+ jiġbor flimkien erba’ strumenti ta’ finanzjament li kienu separati fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020: il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI).

Kif l-FSE+ se jipprovdi appoġġ

L-appoġġ taħt l-FSE+ isir permezz ta’:

Total budget
€99.3 biljun
Dates
2021 - 2027
Grant / loan size
Skont l-ambitu tal-investiment
Who can apply
Għall-investimenti implimentati mill-Istati Membri fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea, ikkonsulta s-sit web tal-FSE+ ta’ pajjiżek.
Biex japplikaw għall-għotjiet tal-EaSI, l-individwi u l-organizzazzjonijiet iridu jkunu jew mill-UE, jew minn pajjiżi mhux tal-UE li għandhom ftehim għall-parteċipazzjoni fl-EaSI. Organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet legali maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jistgħu japplikaw ukoll.
No. of partners needed
Iċċekkja s-sejħiet għal proposti, offerti
Name of the programme or initiative
Type of support
How to access
Sejħiet għal proposti/offerti
More info on the programme
Total initiative budget
Total tal-baġit tal-programm 2021-2027: Baġit ta’ €99.26 biljun għall-2014-2020: €127.8 biljun u REACT-EU supplimentari (sal-2023): €50.6 biljun
Version
0.0.0
Sector count
8
Organisation count
6
Need count
12