L-objettiv tal-azzjoni “Għodod innovattivi u mudelli ta’ negozju” huwa li jissaħħu l-kompetittività, l-iskalabbiltà u s-sostenibbiltà tal-atturi Ewropej, kif ukoll li jittejbu l-viżibbiltà u d-disponibbiltà tax-xogħlijiet Ewropej u jiżdiedu l-udjenzi fl-ambjent diġitali. L-għan huwa li jiġu appoġġjati proġetti li jiffukaw fuq l-isfidi speċifiċi tas-settur awdjoviżiv bħall-iskopribbiltà, is-sekwenzjar tat-twieqi tar-rilaxx, il-finanzjament u t-territorjalità sabiex ikunu jistgħu jsiru offerti b’saħħithom u viżibbli ta’ xogħlijiet Ewropej online u bejn il-fruntieri lil pubbliku wiesa’. L-applikazzjonijiet jenħtieġ li jippreżentaw strateġiji adegwati biex tiġi żgurata industrija aktar sostenibbli u li tirrispetta aktar l-ambjent u biex jiġu żgurati l-bilanċ bejn il-ġeneri, l-inklużjoni, id-diversità u r-rappreżentattività. It-trasparenza għandha rwol ewlieni fl-azzjoni. Għalhekk, l-applikazzjonijiet jenħtieġ li jkun fihom pjanijiet li juru l-inputs u r-riżultati tal-azzjoni, inkluż fost l-oħrajn, il-komunikazzjoni tar-riżultati lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-Istati Membri u lill-industrija awdjoviżiva. |
Total budget
€2.44 biljun
Dates
2021 - 2027
Grant / loan size
Skont l-ambitu tal-investiment
Who can apply
Sabiex ikunu eliġibbli, l-applikanti (benefiċjarji u entitajiet affiljati) iridu jkunu entitajiet ġuridiċi (korpi pubbliċi jew privati), ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi eliġibbli (ara d-dettalji tas-Sejħa) u jkunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Fergħa MEDIA tal-Programm Ewropa Kreattiva u jkunu proprjetà diretta jew indiretta, sħiħa jew b’maġġoranza ta’ parteċipazzjoni, minn ċittadini minn tali pajjiżi. Meta kumpanija tkun ikkwotata pubblikament, il-post tal-borża fil-prinċipju jiddetermina n-nazzjonalità tagħha.
No. of partners needed
Huma permessi applikazzjonijiet minn applikanti uniċi (benefiċjarji uniċi), kif ukoll proposti sottomessi minn konsorzju ta’ mill-inqas 2 applikanti.
Sector
Organisation
Need
Name of the programme or initiative
Who is in charge?
Type of support
How to access
Sejħiet għal proposti
More info on the programme
Total initiative budget
€8,883,198
Version
0.0.0
Sector count
3
Organisation count
3
Need count
7