Il-programmi tematiċi tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) jappoġġjaw azzjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU fil-livell globali. It-temi ta’ prijorità jinkludu: id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, is-soċjetà ċivili, l-istabbiltà u l-paċi, kif ukoll l-isfidi globali bħas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, in-nisa u t-tfal, ix-xogħol, il-protezzjoni soċjali, il-kultura, il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima.
L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) jiffinanzja l-azzjoni esterna tal-UE, u b’hekk jippermetti lill-UE tiddefendi u tippromwovi b’mod effettiv il-valuri u l-interessi tagħha mad-dinja kollha.
Il-programmi ġeografiċi tal-NDICI jippromwovu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab fir-reġjuni li ġejjin:
• Il-Viċinat Ewropew (€19.32 biljun)
• l-Afrika Sub-Saħarjana (€29.18 biljun)
• l-Asja u l-Paċifiku (€8.48 biljun)
• L-Ameriki u l-Karibew (€3.39 biljun).