Skip to main content
Culture and Creativity home page Culture and Creativity home page

Culture and Creativity

Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali jgħinu lill-kumpaniji jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet diġitali biex itejbu l-proċessi u l-prodotti tagħhom bil-ħsieb li jsaħħu l-kompetittività tagħhom. Il-finanzjament tal-UE se jkun disponibbli għal hubs li diġà huma (jew se jkunu) appoġġjati mill-Istati Membri (jew reġjuni) tagħhom, sabiex jiżdied l-impatt tal-finanzjament pubbliku. Il-Programm Ewropa Diġitali se jżid il-kapaċitajiet tal-hubs magħżulin biex ikopru attivitajiet b’valur miżjud Ewropew ċar, abbażi tan-networking tal-hubs u l-promozzjoni tat-trasferiment tal-għarfien espert. L-Istati Membri għandhom rwol essenzjali fil-proċess tal-għażla tal-EDIHs; in-network inizjali tal-EDIHs se jiġi stabbilit minn lista ta’ hubs maħturin mill-Istati Membri.

Total budget
mhux applikabbli
Dates
2021 - 2027
Grant / loan size
mhux applikabbli
Who can apply
Il-proposti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin biss se jitqiesu eliġibbli. L-applikanti għandhom ikunu wieħed minn dawn li ġejjin:
• persuni ġuridiċi;
• persuni fiżiċi, sa fejn dan ikun meħtieġ minħabba n-natura jew il-karatteristiċi tal-azzjoni jew tal-objettiv fil-mira tal-applikant;
• entitajiet li ma għandhomx personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jassumu obbligi legali f’isem l-entitajiet u l-entitajiet joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi.

L-entitajiet ġuridiċi jridu jkunu stabbiliti:
• fi Stat Membru jew f’pajjiż jew f’territorju extra-Ewropew marbut miegħu
• f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm;
• kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjonijiet speċifiċi fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm.

Il-persuni fiżiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli, ħlief għall-għotjiet mogħtija skont l-Objettiv Speċifiku 4. Ħiliet diġitali avvanzati.

It-test tas-sejħa jista’ jispeċifika li l-parteċipazzjoni hi limitata għall-benefiċjarji stabbiliti fl-Istati Membri biss, jew għall-benefiċjarji stabbiliti fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi assoċjati speċifikati jew f’pajjiżi terzi oħrajn għal raġunijiet ta’ sigurtà jew azzjonijiet direttament relatati mal-awtonomija strateġika tal-UE.
No. of partners needed
mhux applikabbli
Name of the programme or initiative
Who is in charge?
Type of support
How to access
Sejħiet għall-proposti
Total initiative budget
mhux applikabbli
Version
0.0.0
Sector count
8
Organisation count
3
Need count
6