Is-setturi kulturali u kreattivi jinkludu s-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq il-valuri kulturali, jew espressjonijiet artistiċi kreattivi individwali jew kollettivi oħra u huma ddefiniti fil-bażi legali tal-Programm Ewropa Kreattiva.
L-appoġġ lil dawn is-setturi hu bbażat fuq data elaborata mill-Eurostat bħala parti mis-Sistema Statistika Ewropea (ESS)-net Kultura u l-ħidma tiegħu biex ikompli jikkoordina l-armonizzazzjoni tal-istatistika fis-setturi kulturali u kreattivi (pereżempju, permezz tar-rieżami tat-tipoloġiji u t-terminoloġiji tal-indikaturi, il-komunikazzjoni permezz tal-indikaturi u r-rilevanza għat-tfassil tal-politika).
Min-naħa l-oħra, l-industriji kulturali u kreattivi jikkonċentraw aktar fuq l-istadji ulterjuri tal-katina tal-valur - inklużi l-istadji tal-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-operazzjonijiet industrijali u ta’ produzzjoni.
L-importanza tas-setturi kulturali u kreattivi
Is-setturi kulturali u kreattivi huma importanti biex jiżguraw l-iżvilupp kontinwu tas-soċjetajiet u dawn jinsabu fil-qalba tal-ekonomija kreattiva. Ikkaratterizzati minn għarfien intensiv u bbażati fuq il-kreattività u t-talent individwali, dawn jiġġeneraw ġid ekonomiku konsiderevoli. Iżda iktar importanti minn hekk, huma kritiċi għas-sens kondiviż tal-identità, il-kultura u l-valuri Ewropej. It-tkabbir ekonomiku tagħhom hu ogħla mill-medja u joħolqu l-impjiegi - partikolarment għaż-żgħażagħ - filwaqt li jsaħħu l-koeżjoni soċjali.
Appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi: Il-programm Ewropa Kreattiva
Il-programm Ewropea Kreattiva hu magħmul mill-friegħi KULTURA u MEDIA (awdjoviżwali) kif ukoll mill-fergħa transsettorjali.
Ewropa Kreattiva jappoġġja l-kooperazzjoni transfruntiera u l-attivitajiet ta’ networking għas-setturi kulturali u kreattivi kollha u jikkofinanzja pjattaformi u networks importanti.
Sabiex tipprepara l-proposta għall-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027 li jmiss, il-Kummissjoni kkonsultat firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u esperti tal-Istati Membri. Dawn il-konsultazzjonijiet saru b’mod parallel mal-evalwazzjoni interim tal-Programm Ewropa Kreattiva 2014-2020 u t-tnejn li huma kkonkludew li l-bżonnijiet ta’ xi setturi ma kinux indirizzati biżżejjed fil-programm kurrenti.
Il-proposta għal Ewropa Kreattiva 2021-2027 beħsiebha ssib soluzzjonijiet għal dawn in-nuqqasijiet billi tinkludi appoġġ settorjali speċifiku għal oqsma bħall-
Dawn l-azzjonijiet settorjali se jiffukaw fuq il-bini tal-kapaċitajiet, il-professjonalizzazzjoni u l-iżvilupp tat-talent, il-ġbir tad-data biex is-setturi jinftiehmu aħjar, kif ukoll opportunitajiet ta’ esportazzjoni. Se jibnu fuq l-azzjonijiet u l-proġetti mmexxija diġà mill-UE f’dawn l-aħħar snin bħall-inizjattiva “Il-Mużika Ċċaqlaq l-Ewropa u se jikkomplemetawhom.
Innovazzjoni, intraprenditorija u finanzi
L-intraprenditorija u l-innovazzjoni huma suġġetti importanti għas-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi. Dawn ġew eżaminati f’aktar dettall mill-esperti tal-Istati Membri. Ir-riżultati jistgħu jinstabu, pereżempju, fir-Rapport tal-MMK dwar "Ir-rwol tal-politiki pubbliċi fl-iżvilupp tal-potenzjal intraprenditorjali u innovattiv tas-setturi kulturali u kreattivi” u f’Ħarsa Ġenerali ddettaljata tal-politiki u l-istudji tal-UE.
L-aċċess għall-finanzi għas-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi hu suġġett daqstant ieħor importanti li l-esperti tal-Istati Membri eżaminaw u inkludew is-sejbiet tagħhom fir-Rapport tal-MMK dwar l-Aċċess għall-Finanzi "Lejn ekosistemi finanzjarji aktar effiċjenti.”
F’Jannar 2020, il-proġett ta’ politika FLIP (“Finanzi, Tagħlim, Innovazzjoni u Privattivi”) għall-industriji kulturali u kreattivi, flimkien mal-esperti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, organizzaw konferenza biex iħarsu f’aktar dettall lejn dak li nkiseb fir-rigward tal-finanzi, l-innovazzjoni u suġġetti rilevanti oħra għas-setturi kulturali u kreattivi.
- Sir af aktar dwar il-konklużjonijiet tal-konferenza
Lil hinn minn dawk l-inizjattivi speċifiċi, hemm varjetà ta’ skemi ta’ appoġġ Ewropej għas-settur u l-industrija li jindirizzaw dawk il-kwistjonijiet
- Il-Faċilità ta’ Garanzija tas-Settur Kulturali u Kreattiv f’Ewropa Kreattiva 2014-2020
- Il-finanzjament tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunitajiet ġodda ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni għall-industriji kulturali u kreattivi
- opzjonijiet taħt Orizzont Ewropa
- Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ
- Proġett ta’ Sħubija Worth
- Inizjattiva STARTS (l-innovazzjoni fir-rabta bejn ix-xjenza, it-teknoloġija u l-arti), il-programm ta’ residenza STARTS
- Appoġġ tal-UE għan-negozji ġodda diġitali
Networks fl-oqsma tas-setturi kulturali u kreattivi fil-livell Ewropew
- Network Ewropew ta’ Negozji Kreattivi
- Network tal-UE ta’ ċentri kreattivi
- Network(s) Ewropew/j ta’ inkubazzjoni għal innovazzjoni mmexxija mill-kreattività
- Network pan-Ewropew ta’ Ċentri Diġitali ta’ Innovazzjoni
- Inizjattiva Reġjonali għall-Kultura u l-Kreattività
- Network ta’ Riċerka u Innovazzjoni tar-Reġjuni Ewropej – Grupp ta’ Ħidma tad-Disinn u l-Kreattività
Biex tappoġġja s-setturi kulturali u kreattivi permezz ta’ tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza, il-Kummissjoni Ewropea u l-Eurostat qed jaħdmu fuq statistika kulturali u studji rilevanti oħrajn.