Skip to main content
Culture and Creativity home page Culture and Creativity home page

Culture and Creativity

Ċirkolazzjoni ta’ xogħlijiet letterarji Ewropej u traduzzjonijiet letterarji

Creative Europe literature calls

Ewropa Kreattiva jappoġġja inizjattivi dwar it-traduzzjoni u l-promozzjoni ta’ xogħlijiet letterarji Ewropej.

L-għan huwa li jitwessgħu ċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali u d-diversità tax-xogħlijiet letterarji Ewropej billi titħeġġeġ it-traduzzjoni u l-promozzjoni tal-kotba f’lingwi inqas użati. Dawn jinkludu l-lingwi kollha rikonoxxuti uffiċjalment fl-Istati Membri tal-UE, ħlief l-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Ispanjol (Kastiljan) u t-Taljan.

Objettiv ieħor ta’ Ewropa Kreattiva huwa li jgħin ix-xogħlijiet letterarji Ewropej jilħqu udjenzi ġodda fl-UE u lil hinn minnha, u li jsaħħaħ il-kompetittività tas-settur tal-kotba billi jħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-katina tal-valur tal-kotba.

Appoġġ għat-traduzzjoni ta’ xogħlijiet letterarji Ewropej

L-iskema toffri finanzjament lill-pubblikaturi biex jappoġġjaw it-traduzzjoni, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni ta’ pakkett ta’ xogħlijiet ta’ finzjoni minn u lejn il-lingwi eliġibbli. Il-pakkett għandu jinkludi mill-inqas 5 xogħlijiet ta’ finzjoni eliġibbli.

L-applikanti jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet ta’ “esportazzjoni” minn negozju għal negozju biex jgħinu fit-trawwim tal-bejgħ tad-drittijiet ta’ traduzzjoni fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Eliġibbiltà għall-finanzjament

L-organizzazzjonijiet attivi fis-settur tal-pubblikazzjoni u tal-kotba huma eliġibbli biex japplikaw. L-individwi ma jistgħux japplikaw.

Skopri aktar dwar il-proċess ta’ applikazzjoni

Sib aktar informazzjoni dwar iċ-Ċirkolazzjoni ix-xogħlijiet Literarji Ewropej u sejħiet għal proposti oħrajn taħt il-fergħa Kultura tal-programm Ewropa Kreattiva.

Aktar informazzjoni dettaljata dwar il-proċess ta’ applikazzjoni se tkun disponibbli fi żmien xieraq fis-sit web tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, kif ukoll fit-taqsima tas-sejħiet għal proposti u permezz tal-Uffiċċji ta’ Ewropa Kreattiva.

Tagged in:  Ewropa Kreattiva