Cluster 2, “Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva” għandu l-għan li jilħaq l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE marbutin:
• mat-tisħiħ tal-governanza demokratika u mal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini;
• mas-salvagwardja u mal-promozzjoni tal-wirt kulturali; u
• mar-reazzjoni u mat-tiswir ta’ trasformazzjonijiet soċjali, ekonomiċi, teknoloġiċi u kulturali.
Il-proposti jistgħu jwettqu riċerka innovattiva dwar:
• id-Demokrazija u l-Governanza;
• il-Wirt Kulturali Ewropew u l-Industriji Kulturali u Kreattivi;
• it-Trasformazzjonijiet Soċjali u Ekonomiċi.
Il-fokus u l-prijoritajiet ewlenin deskritti għal dan il-cluster se jkunu rilevanti għall-perjodu 2021-2022, filwaqt li prijoritajiet u għanijiet ġodda taħt dan il-cluster se jinħarġu permezz ta’ programm ta’ ħidma ġdid u sejħiet wara l-2022.
• fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, inklużi fir-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom.
• fil-pajjiżi u fit-territorji extra-Ewropej (OCTs) marbutin mal-Istati Membri.
• fil-Pajjiżi eliġibbli mhux tal-UE (pajjiżi assoċjati ma’ Orizzont Ewropa u pajjiżi bi dħul baxx u medju).