Skip to main content

Culture and Creativity

Data tal-pubblikazzjoni:

MedDMO - Osservatorju tal-Media Diġitali tal-Mediterran

L-Osservatorju tal-Media Diġitali tal-Mediterran (MedDMO) hu proġett iffinanzjat taħt il-Programm Ewropa Diġitali 2021. Hu ċentru multinazzjonali li għandu l-għan li jqajjem kuxjenza u jibni reżiljenza fost iċ-ċittadini u l-media biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni fi tliet pajjiżi tal-Ewropa tax-Xlokk (il-Greċja, Ċipru u Malta).  

Setturi:
Pajjiżi:
Daqs tal-baġit:
Sors ta' finanzjament:
Close up on two office workers checking some handwritten notes on a desk

Il-konsorzju multidixxiplinari tal-Osservatorju tal-Media Diġitali tal-Mediterran ilaqqa’ flimkien organizzazzjonijiet tar-riċerka, tal-verifika tal-fatti u tal-media b’ħidma ta’ riċerka u attività rikonoxxuti internazzjonalment fil-qasam tad-diżinformazzjoni sabiex jidentifikaw, janalizzaw u jesponu kampanji emerġenti ta’ diżinformazzjoni dannużi u jindirizzaw l-impatti tagħhom fis-soċjetà u fid-demokrazija.

Il-ħidma tal-Osservatorju se tespandi l-kopertura reġjonali tal-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali (EDMO) fi tliet pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa (il-Greċja, Ċipru u Malta). Dawn il-pajjiżi jiffaċċjaw sfidi simili fir-rigward tal-kampanji ta’ diżinformazzjoni li spiss jippruvaw jippolarizzaw id-dibattitu tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni u ta’ kontroll tal-fruntieri. 

Abbażi ta’ għodod avvanzati u metodoloġiji operazzjonali, l-Osservatorju tal-Media Diġitali tal-Mediterran se jagħmel ħiltu biex jidentifika d-diżinformazzjoni, janalizza l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, iħarreġ u jlaqqa’ flimkien professjonisti bi sfondi u għarfien espert differenti, u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE. 

Il-proġett b’mod partikolari għandu l-għan li joħloq attivitajiet ta’ litteriżmu medjatiku, materjal ta’ taħriġ fil-kurrikuli tad-dipartimenti ewlenin relatati mal-ġurnaliżmu, u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni.

Il-proġett tnieda f’Diċembru 2022 u se jintemm f’Mejju 2025. Hu kkoordinat miċ-Ċentru għar-Riċerka u t-Teknoloġija Hellas (il-Greċja), u jlaqqa’ flimkien 8 isħab minn Ċipru, Malta, il-Greċja u Franza.