Il-Park Arkeoloġiku ta’ Carnuntum fil-Lvant tal-Awstrija jagħti l-ħajja lill-istorja Rumana. Carnuntum kienet belt importanti Rumana li twaqqfet f’nofs l-ewwel seklu wK f’punt fejn kienu jiltaqgħu rotot kummerċjali fuq id-Danubju.
Din saret waħda mill-aktar bliet importanti fl-Imperu Ruman. L-400 sena ta’ ħajja Rumana f’Carnuntum jirriflettu perjodu tal-istorja li sawwar u influwenza ħafna l-iżvilupp tal-Ewropa.
Illum il-viżitaturi tal-park jistgħu jaraw djar Rumani mibnija mill-ġdid u jżuru mużew bi programmi edukattivi.
Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.