Skip to main content

Culture and Creativity

Id-Dar ta' Robert Schuman, Scy-Chazelles, Franza

Robert Schuman (1886-1963) hu meqjus bħala wieħed mill-figuri fundaturi tal-Unjoni Ewropea, wieħed fost dawk imsejħin "Missier l-Ewropa". Bid-dikjarazzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 1950, imfakkra kull sena bħala Jum l-Ewropa, hu stabbilixxa s-sisien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u tal-istituzzjonijiet kollha Ewropej li ġew wara.

Hu xtara din id-dar fl-1926 u rtira hemmhekk mill-1960. Illum id-dar hi mużew li fih diversi oġġetti li kienu ta' Robert Schuman u li juru l-impenn tiegħu favur l-ideal Ewropew.

Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.