Il-Kastell ta' Hambach inbena fil-Medju Evu u kiseb importanza kbira fis-seklu 19. Wara perjodu ta’ ripressjoni politika, fis-27 ta’ Mejju 1832, madwar 30,000 persuna mill-Ġermanja, minn Franza u mill-Polonja ltaqgħu fil-Kastell biex jiċċelebraw il-Festival ta' Hambach (Hambacher Fest).
Huma tkellmu favur id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet politiċi u favur l-ugwaljanza, it-tolleranza u d-demokrazija fil-Ġermanja u fl-Ewropa, biex b'hekk il-kastell sar simbolu tat-taqbida għal-libertajiet ċivili fl-Ewropa.
Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.