L-Unjoni ta’ Lublin, li kienet stabbilita fl-1569, rabtet ir-Renju tal-Polonja mal-Gran Dukat tal-Litwanja u ħolqot l-hekk imsejħa Konfederazzjoni taż-Żewġ Nazzjonijiet, ikkaratterizzata minn monarkija waħda, parlament komuni u munita waħda.
Din hi kkommemorata mit-3 monumenti storiċi li jinsabu f’Lublin li huma parti mis-sit.
L-Unjoni kienet każ eċċezzjonali tal-integrazzjoni demokratika ta’ żewġ pajjiżi b’koeżistenza paċifika u inklużiva ta’ persuni minn diversi sfondi etniċi u reliġjużi.
Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.