Is-Sala tax-Xirka l-Kbira nbniet fl-1410. Din ġiet ikkummissjonata mix-Xirka l-Kbira.
Din l-assoċjazzjoni ta' negozjanti Ġermaniżi Hanseatiċi kienet waħda mill-organizzazzjonijiet kummerċjali l-aktar importanti fiż-żminijiet medjevali u kellha rwol importanti fl-istorja tal-iskambji kummerċjali u kulturali fl-Ewropa ta’ Fuq fil-Medju Evu.
Is-Sala tax-Xirka l-Kbira, li hi eżempju tipiku tal-arkitettura Hanseatika, hi bini pubbliku fejn seħħew għadd kbir ta’ skambji kummerċjali u soċjali sa mill-Medju Evu.
Illum is-sala tilqa' fiha l-Mużew tal-Istorja Estonjana li jippreżenta l-istorja Estonjana fil-kuntest Ewropew tagħha.
Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.