Il-Promontorju ta' Sagres, li jinsab mal-kosta tal-Lbiċ tal-peniżola Iberika, hu pajsaġġ kulturali u storiku rikk ħafna. Dan jinkludi ammont ta’ fdalijiet arkeoloġiċi, strutturi urbani u monumenti importanti li huma xiehda tal-pożizzjoni strateġika u l-importanza ta' dan is-sit tul is-sekli.
Il-Promontorju sar il-kwartieri ġenerali tal-Prinċep Neriku n-Navigatur għall-proġetti tiegħu dwar l-espansjoni marittima matul is-seklu 15, lokalità ewlenija tal-Epoka tal-Iskoperti li mmarkat il-kultura, ix-xjenza, l-esplorazzjoni u l-kummerċ tal-Ewropa, kemm lejn l-Oċean Atlantiku kif ukoll lejn il-Mediterran, fejn iċ-ċiviltà Ewropea stabbilixxiet triqitha lejn il-projezzjoni globali li llum tiddefinixxi d-dinja moderna.