L-Abbatija ta’ Cluny, li twaqqfet fis-sena 910 wK, kibret biex saret iċ-ċentru spiritwali u amministrattiv ta’ wieħed mill-akbar networks monastiċi fl-istorja Ewropea, billi kienet tiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni tan-nies, tal-kotba, tal-ideat artistiċi u tal-għarfien xjentifiku bejn il-fruntieri nazzjonali.
B'riżultat ta' dan, l-ordni ta' Cluny kellu influwenza kbira fuq id-dinja Kristjana tal-Punent tal-Ewropa matul il-Medju Evu.
Illum ħafna inizjattivi jikkontribwixxu biex l-ispirtu Ewropew ta’ Cluny jinżamm ħaj bħall-istedina ta’ riċerkaturi mill-Ewropa kollha u ż-żamma tas-sit miftuħ għall-pubbliku ġenerali.
Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.