Skip to main content

Culture and Creativity

Il-programm Living Spaces

Il-bliet u r-reġjuni jsawru l-ambjent mibni għal kulħadd.
visual for the Living Spaces project

Insawru l-ambjent mibni għal kulħadd

Living Spaces hu programm ta’ tagħlim bejn il-pari mfassal għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jitgħallmu jippjanaw u jimplimentaw il-politiki u l-proġetti arkitettorali ta’ kwalità kbira.

Minn Lulju 2023 sa Novembru 2024, il-programm se jiffaċilita l-iskambji bejn il-bliet, ir-reġjuni, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-Unjoni Ewropea dwar il-proċessi u l-prattiki tajba.

Iffinanzjat mill-programm Ewropa Kreattiva tal-Unjoni Ewropea, Living Spaces hu implimentat mill-Eurocities u mill-Kunsill tal-Arkitetti tal-Ewropa.

Attivitajiet tat-tagħlim bejn il-pari għall-bliet u r-reġjuni

L-arkitettura tħalli impatt fundamentali fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Il-bliet u r-reġjuni llum jeħtieġu binjiet u ambjenti mfasslin tajjeb li jkunu inklużivi u li jqisu l-ħtiġijiet ta’ kulħadd. Fl-istess ħin, dawn id-disinji m’għandhomx jagħmlu ħsara lill-ambjent jew jużaw aktar riżorsi milli tiflaħ id-dinja. Dan hu kruċjali għall-kuntentizza u s-saħħa tas-soċjetà ta’ żmienna u għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri.

L-attivitajiet ta’ Living Spaces se juru li l-bini u l-ippjanar għal kulħadd itejbu l-koeżjoni, l-attraenza, u s-sostenibbiltà tal-bliet u r-reġjuni tagħna.

Dan se jiksbuh permezz ta’:   

  • ġabra ta’ 30 prattika tajba minn madwar l-Unjoni Ewropea, li tixhed l-impatti u t-trasferibbiltà minn kuntest lokali partikolari għal kuntesti oħra,
  • 12-il żjara fuq il-post ta’ tagħlim bejn il-pari, fil-bliet u r-reġjuni Ewropej (EU27) li qed isiru fl-2024, u li matulhom il-parteċipanti jitgħallmu mingħand xulxin u mingħand l-esperti
Tagged in:  Ewropa Kreattiva

Last updated: