L-azzjoni għandha l-għan li tinvolvi liż-żgħażagħ Ewropej billi toħloq spazji online ikkurati li jiġbru kontenut li jipprovoka l-ħsieb dwar il-ġrajjiet kurrenti, tagħtihom is-setgħa li jqabblu perspettivi mill-Ewropa kollha u jiddiskutu u jiskopru kif l-interessi tagħhom jorbtu mal-interessi taż-żgħażagħ Ewropej fi Stati Membri oħra, u ma’ inizjattivi rilevanti tal-UE. L-għan hu li jiġu indirizzati suġġetti rilevanti ta’ importanza pan-Ewropea, u li jinħoloq dibattitu miftuħ, reali, profond u kostruttiv dwar il-ħajja reċenti u futura fl-Ewropa fost iż-żgħażagħ Ewropej, bl-użu ta’ formati innovattivi fuq il-pjattaformi diġitali, bl-iskop aħħari li jinħoloq għarfien akbar tal-viżjonijiet u r-realtajiet Ewropej, il-valuri u l-ideat Ewropej u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex sussegwentement jikkontribwixxu għal soċjetà ċivili aktar attiva.
|
Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi minn kwalunkwe wieħed mill-applikanti jew kombinazzjonijiet ta’:
- Organizzazzjonijiet tal-media tal-aħbarijiet
- Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, inklużi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ (privati jew pubbliċi). Entitajiet oħra jistgħu jipparteċipaw fi rwoli oħra ta’ konsorzju, bħal sħab assoċjati, sottokuntratturi, partijiet terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet in natura, eċċ (ara t-taqsima 13).