L-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha l-għan li tiżviluppa moviment kreattiv u interdixxiplinari li jgħaqqad il-Patt Ekoloġiku Ewropew mal-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-UE. L-inizjattiva qed titfassal b’mod konġunt permezz tal-involviment dirett taċ-ċittadini, tal-esperti, tan-negozji, u l-Istituzzjonijiet u l-għan tagħha huwa li:
It-tieqa għall-SMEs InvestEU tiffaċilita l-aċċess għall-finanzi u d-disponibbiltà tagħhom primarjament għall-SMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, inklużi dawk innovattivi u dawk li joperaw fis-setturi kulturali u kreattivi, kif ukoll għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja. Bara minn hekk, din toffri appoġġ kapitali lil SMEs li ma kinux f’diffikultà f’termini ta’ għajnuna mill-Istat fi tmiem l-2019, iżda li minn dak iż-żmien ’l hawn qed iħabbtu wiċċhom ma’ riskji sinifikanti minħabba l-kriżi kkaġunata mill-pandemija tal-COVID-19
Il-proġett pilota għandu l-għan li jikkontribwixxi għal sfera pubblika li tiffunzjona li tipprovdi liċ-ċittadini b’aħbarijiet u dokumentarji f’format ta’ udjenza moderna, meħtieġa biex tikkontribwixxi għad-demokrazija Ewropea, bejn il-fruntieri u disponibbli fl-Istat Membru tagħhom stess, filwaqt li jindirizza sfidi bħad-dominazzjoni tal-isfera pubblika Ewropea minn ftit pjattaformi u korporazzjonijiet b’saħħithom tat-TV u tal-aħbarijiet bil-video bbażati barra mill-Ewropa, u l-bidla fl-imġiba tal-konsumatur lejn formati ta’ inforikreazzjoni. |
L-azzjoni għandha l-għan li tinvolvi liż-żgħażagħ Ewropej billi toħloq spazji online ikkurati li jiġbru kontenut li jipprovoka l-ħsieb dwar il-ġrajjiet kurrenti, tagħtihom is-setgħa li jqabblu perspettivi mill-Ewropa kollha u jiddiskutu u jiskopru kif l-interessi tagħhom jorbtu mal-interessi taż-żgħażagħ Ewropej fi Stati Membri oħra, u ma’ inizjattivi rilevanti tal-UE. |
Din is-sejħa se tindirizza l-isfidi tal-media u l-opportunitajiet ta’ natura transnazzjonali. |
Il-fergħa TRANSSETTORJALI għandha tippromwovi attivitajiet transsettorjali li għandhom l-għan li jaġġustaw għall-bidliet strutturali u teknoloġiċi li jiffaċċja s-settur tal-media, inkluż it-titjib ta' ambjent medjatiku liberu, diversifikat u pluralistiku, ġurnaliżmu ta' kwalità u litteriżmu medjatiku, inkluż fl-ambjent diġitali. Din is-sejħa se tindirizza l-isfidi tal-media u l-opportunitajiet ta’ natura transnazzjonali. |
Il-preżentazzjoni, ir-rappreżentanza u l-viżibbiltà fil-media ta’ gruppi vulnerabbli bħall-migranti u r-refuġjati jibqgħu marġinali fil-media soċjali ġenerali fl-Ewropa u b’kunsiderazzjoni speċjali tas-sitwazzjoni tal-Ukrajna. L-objettiv jibqa’ li jiġu identifikati modi kif tiġi promossa l-media soċjali inklużiva fl-Ewropa, u li dawn il-gruppi jiġu megħjuna joħolqu n-narrattivi tagħhom stess dwar il-post u r-rwol tar-refuġjati u l-migranti fis-soċjetajiet u l-komunitajiet Ewropej. |
L-għan tal-appoġġ Ewropew lill-iżvilupp ta’ portafoll żgħir ta’ films huwa li titrawwem il-kompetittività tal-kumpaniji tal-produzzjoni indipendenti Ewropej f’pajjiżi b’kapaċità awdjoviżiva baxxa (grupp LCC A u grupp LCC B) u li jiżdied il-piż ekonomiku tagħhom fis-suq.
|
Se jingħata appoġġ lill-festivals Ewropej li jipprogrammaw proporzjon sinifikanti ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej mhux nazzjonali, bl-għan li jorganizzaw attivitajiet tul sena sħiħa mmirati biex jespandu u jġeddu l-udjenzi u jimplimentaw attivitajiet innovattivi li jilħqu udjenza akbar kif ukoll inizjattivi għal udjenzi żgħażagħ. |
L-azzjoni ta’ kożvilupp Ewropew għandha tappoġġja l-kooperazzjoni fost il-kumpaniji tal-produzzjoni Ewropej fl-iżvilupp ta’ proġett uniku għall-isfruttament kummerċjali maħsub biex jintwera fiċ-ċinema, ix-xandir televiżiv jew għall-isfruttament kummerċjali fuq pjattaformi diġitali jew ambjent b’diversi pjattaformi fil-kategoriji li ġejjin: animazzjoni, dokumentarju kreattiv jew finzjoni. |