Din is-sejħa se tindirizza l-isfidi tal-media u l-opportunitajiet ta’ natura transnazzjonali.
|
L-applikant irid jissodisfa dawn kollha li ġejjin (jekk il-proposta tiġi sottomessa minn konsorzju, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati minn tal-anqas sieħeb wieħed):
a. għandu esperjenza reċenti ppruvata fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet relatati mal-media;
b. għandu esperjenza riċenti ppruvata fl-għoti u l-ġestjoni ta’ għotjiet/jew fondi, b’mod partikolari fis-settur tal-media.
Il-konsorzji jistgħu jinkludu mezzi tal-media mingħajr skop ta’ qligħ, pubbliċi u privati (inklużi l-istampa miktuba/online, ir-radju/podcasts, it-TV, eċċ.) kif ukoll organizzazzjonijiet oħra li jiffukaw fuq il-media tal-aħbarijiet (inklużi assoċjazzjonijiet tal-media, NGOs, fondi ġurnalistiċi u organizzazzjonijiet ta’ taħriġ li jiffukaw fuq il-professjonisti tal-media, eċċ.).