Skip to main content

Culture and Creativity

L-azzjoni Sottotitolar ta’ kontenut kulturali għandha l-għan li tiżgura aċċess għal kontenut awdjoviżiv għaċ-ċittadini kollha tal-UE u għalhekk iżżid iċ-ċirkolazzjoni tal-ipprogrammar kulturali Ewropew madwar l-Ewropa. Din l-azzjoni se tappoġġja l-forniment ta’ sottotitoli li jkopru kontenut b’mill-anqas 3 lingwi dwar kontenut kulturali Ewropew divers. Għandha timmira wkoll li tiggarantixxi t-tixrid online ta’ dan il-kontenut sottotitolat.

Se jingħata appoġġ lill-festivals Ewropej li jipprogrammaw proporzjon sinifikanti ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej mhux nazzjonali, bl-għan li jorganizzaw attivitajiet tul sena sħiħa mmirati biex jespandu u jġeddu l-udjenzi u jimplimentaw attivitajiet innovattivi li jilħqu udjenza akbar kif ukoll inizjattivi għal udjenzi żgħażagħ.

L-azzjoni ta’ kożvilupp Ewropew għandha tappoġġja l-kooperazzjoni fost il-kumpaniji tal-produzzjoni Ewropej fl-iżvilupp ta’ proġett uniku għall-isfruttament kummerċjali maħsub biex jintwera fiċ-ċinema, ix-xandir televiżiv jew għall-isfruttament kummerċjali fuq pjattaformi diġitali jew ambjent b’diversi pjattaformi fil-kategoriji li ġejjin: animazzjoni, dokumentarju kreattiv jew finzjoni.

Se jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ xogħlijiet u prototipi ta’ rakkontar ta’ stejjer narrattivi interattivi b’kontenut oriġinali u/jew logħob ta’ kwalità maħsub għall-produzzjoni u l-isfruttament kummerċjali globali permezz ta’ PCs, consoles, apparat mobbli, tablets, smartphones u teknoloġiji oħra.

L-azzjoni Films Attivi (Films on the Move) għandha tinkoraġġixxi u tappoġġja d-distribuzzjoni usa’ ta’ films Ewropej mhux nazzjonali reċenti billi tinkoraġġixxi aġenti tal-bejgħ u distributuri teatrali b’mod partikolari biex jinvestu fil-promozzjoni u d-distribuzzjoni adegwata ta’ films Ewropej mhux nazzjonali.


L-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati huma kampanji għad-distribuzzjoni teatrali pan-Ewropea u/jew online ta’ films Ewropej eliġibbli, ikkoordinati mill-aġent tal-bejgħ tal-film.

L-appoġġ lill-Bejgħ tal-Films Ewropej għandu jinkoraġġixxi u jappoġġja d-distribuzzjoni transnazzjonali usa’ ta’ films Ewropej reċenti billi jipprovdi fondi lill-aġenti tal-bejgħ Ewropej, abbażi tal-prestazzjoni tagħhom fis-suq, għal aktar investiment mill-ġdid fl-akkwist, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni (inkluż online) ta’ films Ewropej mhux nazzjonali reċenti.

Hemm żewġ fażijiet għall-attivitajiet iffinanzjati:

L-għan tal-appoġġ Ewropew lill-iżvilupp ta’ portafoll ta’ films huwa li titrawwem il-kompetittività tal-kumpaniji tal-produzzjoni indipendenti u li jiżdied il-piż ekonomiku tagħhom fis-suq. L-għan huwa wkoll li tiżdied il-kapaċità tal-produtturi awdjoviżivi biex jiżviluppaw proġetti b’potenzjal li jiċċirkolaw fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha, u biex tiġi ffaċilitata l-koproduzzjoni Ewropea u internazzjonali.

L-objettiv huwa li jiġu appoġġjati inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp u l-involviment tal-udjenza, inklużi attivitajiet ta’ edukazzjoni ċinematografika, li jindirizzaw b’mod partikolari udjenzi żgħażagħ.


Proġetti li jiżguraw kooperazzjoni pan-Ewropea u li jipprovdu proġetti innovattivi, speċjalment bl-użu ta’ għodod diġitali ġodda li għandhom l-għan li:

L-objettiv tal-azzjoni “Għodod innovattivi u mudelli ta’ negozju” huwa li jissaħħu l-kompetittività, l-iskalabbiltà u s-sostenibbiltà tal-atturi Ewropej, kif ukoll li jittejbu l-viżibbiltà u d-disponibbiltà tax-xogħlijiet Ewropej u jiżdiedu l-udjenzi fl-ambjent diġitali.

L-objettiv tal-appoġġ lill-kontenut televiżiv u online huwa li tiżdied il-kapaċità tal-produtturi awdjoviżivi li jiżviluppaw u jipproduċu proġetti b’saħħithom b’potenzjal sinifikanti li jiċċirkolaw fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha, u li jiffaċilita l-koproduzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fis-settur tat-televiżjoni u dak online.

Subscribe to Ewropa Kreattiva