Skip to main content

Culture and Creativity

S+T+ARTS hu pjattaforma li għandha l-għan li torbot it-teknoloġija u l-prattika artistika aktar mill-qrib sabiex tindirizza l-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi li qed tiffaċċja l-Ewropa. Hu jappoġġja l-iżvilupp ta’ teknoloġiji aktar kreattivi, inklużivi u sostenibbli permezz tal-kollaborazzjoni bejn l-artisti, ix-xjenzati, l-inġiniera u r-riċerkaturi. Hu ċċentrat fuq l-idea li l-arti, ix-xjenza u t-teknoloġija jistgħu jibbenefikaw mill-ixxerjar tal-perspettivi u l-ftuħ ta’ perkorsi ġodda għar-riċerka u n-negozju.

Permezz tal-pilastri differenti tiegħu, S+T+ARTS joffri:

Il-Proġett ta’ Sħubija WORTH jappoġġja lill-SMEs tas-settur kreattiv biex jikkollaboraw b’mod transnazzjonali bil-ħsieb li jiżviluppaw prodotti innovattivi mmexxija mid-disinn billi jistimulaw l-iskambju u s-sħubija bejn il-kreaturi, id-disinjaturi, il-manifatturi, l-artiġjani u d-ditti tat-teknoloġija. Hu bbażat fuq prinċipji ewlenin bħall-kwalità tal-esperjenza, inklużi l-istil u l-estetika, ambjenti tal-għajxien tajbin għas-saħħa u sikuri, is-sostenibbiltà u ċ-ċirkolarità kif ukoll l-inklużjoni, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà.

iPortunus inħolqot biex tespandi l-opportunitajiet ta’ mobbiltà u tagħti spinta lill-kollaborazzjonijiet internazzjonali li jippermettu lill-artisti u lill-professjonisti kulturali jaħdmu, jagħtu spettakli u jikkoproduċu madwar il-pajjiżi, tagħtihom aċċess għal swieq differenti, tgħinhom jattiraw udjenzi jew segwaċi ġodda, issaħħaħ il-kollaborazzjonijiet internazzjonali u tiftaħ il-perspettivi tal-karriera tagħhom.

Il-proġetti jippromwovu attivitajiet ta’ mobbiltà għal:

  • Parteċipanti fit-tagħlim: tfal tal-iskola, studenti, trainees, apprendisti, żgħażagħ, studenti adulti;
  • Staff: professuri, għalliema, trainers, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, u persuni li jaħdmu f’organizzazzjonijiet attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.

Il-proġetti prinċipalment għandhom l-għan li jappoġġjaw lill-parteċipanti fit-tagħlim fil-kisba tal-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet, inklużi l-kompetenzi lingwistiċi.

L-Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ huwa programm ta’ skambju transfruntier, li jippermetti lill-intraprendituri żgħażagħ aspiranti jaħdmu ma’ imprendituri b’aktar esperjenza li jmexxu negozji żgħar f’pajjiżi oħra, u jitgħallmu mingħandhom.

Il-missjonijiet tal-UE huma sforz koordinat mill-Kummissjoni sabiex tiġbor flimkien ir-riżorsi meħtieġa f’termini ta’ programmi ta’ finanzjament, politiki u regolamenti, kif ukoll ta’ attivitajiet oħrajn. Għandhom ukoll l-għan li jimmobilizzaw u jattivaw l-atturi pubbliċi u privati, bħall-Istati Membri tal-UE, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, il-bdiewa u l-maniġers tal-art, l-imprendituri u l-investituri sabiex joħolqu impatt reali u dejjiemi.

Bħala parti minn Orizzont Ewropa, il-programm tal-Ekosistemi tal-Innovazzjoni Ewropej (EIE) għandu l-għan li joħloq ekosistemi tal-innovazzjoni aktar konnessi, inklużivi u effiċjenti u jappoġġja l-iskalar tal-kumpaniji, kif stabbilit fl-Aġenda Ewropea l-Ġdida għall-Innovazzjoni.

L-azzjoni Films Attivi (Films on the Move) għandha tinkoraġġixxi u tappoġġja d-distribuzzjoni usa’ ta’ films Ewropej mhux nazzjonali reċenti billi tinkoraġġixxi aġenti tal-bejgħ u distributuri teatrali b’mod partikolari biex jinvestu fil-promozzjoni u d-distribuzzjoni adegwata ta’ films Ewropej mhux nazzjonali.


L-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati huma kampanji għad-distribuzzjoni teatrali pan-Ewropea u/jew online ta’ films Ewropej eliġibbli, ikkoordinati mill-aġent tal-bejgħ tal-film.

L-appoġġ lill-Bejgħ tal-Films Ewropej għandu jinkoraġġixxi u jappoġġja d-distribuzzjoni transnazzjonali usa’ ta’ films Ewropej reċenti billi jipprovdi fondi lill-aġenti tal-bejgħ Ewropej, abbażi tal-prestazzjoni tagħhom fis-suq, għal aktar investiment mill-ġdid fl-akkwist, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni (inkluż online) ta’ films Ewropej mhux nazzjonali reċenti.

Hemm żewġ fażijiet għall-attivitajiet iffinanzjati:

Proġett ta’ Solidarjetà hu attività ta’ solidarjetà mingħajr skop ta’ qligħ mibdija, żviluppata u implimentata miż-żgħażagħ stess għal perjodu ta’ bejn xahrejn u 12-il xahar. Proġett jinvolvi grupp ta’ minimu ta’ ħames żgħażagħ biex jiffokaw fuq suġġett identifikat b’mod ċar li se jesploraw permezz ta’ attivitajiet ta’ kuljum li jinvolvu l-membri kollha tal-grupp. Il-Proġetti ta' Solidarjetà jindirizzaw l-isfidi ewlenin fi ħdan il-komunitajiet, fejn rilevanti inklużi dawk identifikati b'mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntiera u jenħtieġ li jipprovdu wkoll valur miżjud Ewropew ċar.

Subscribe to Jien individwu