Skip to main content

Culture and Creativity

Proġetti ta’ kooperazzjoni Ewropea

Il-programm Ewropa Kreattiva jappoġġa proġetti ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali li jinvolvu lil organizzazzjonijiet tas-setturi kulturali u kreattivi minn pajjiżi differenti li jipparteċipaw fil-programm, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha.

Permezz ta’ dan il-finanzjament, il-programm Ewropa Kreattiva għandu l-għan li jtejjeb l-aċċess għax-xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej u li jippromwovi l-innovazzjoni u l-kreattività.

Appoġġ għall-kooperazzjoni transfruntiera

Il-finanzjament hu disponibbli għal tliet tipi ta’ proġetti

  • proġetti ta’ kooperazzjoni fuq skala żgħira (minimu ta’ tliet imsieħba minn tliet pajjiżi eliġibbli differenti)
  • proġetti ta’ kooperazzjoni fuq skala medja (minimu ta’ ħames imsieħba minn ħames pajjiżi eliġibbli differenti)
  • proġetti ta’ kooperazzjoni fuq skala kbira (minimu ta’ għaxar imsieħba minn għaxar pajjiżi eliġibbli differenti)

Il-proġetti jistgħu jkopru settur kulturali u kreattiv wieħed jew aktar u jistgħu jkunu interdixxiplinari.

Durata tal-proġetti

Id-durata massima tal-proġetti hi ta’ 48 xahar.

Eliġibbiltà għall-finanzjament

Jistgħu japplikaw organizzazzjonijiet attivi fis-setturi kulturali u kreattivi. L-individwi ma jistgħux japplikaw.

Skopri aktar dwar il-proċess tal-applikazzjoni

Ikseb aktar informazzjoni dwar il-proġetti ta’ kooperazzjoni Ewropea u dwar sejħiet oħra għall-proposti taħt il-fergħa “Kultura” tal-programm Ewropa Kreattiva.

Aktar informazzjoni dettaljata dwar il-proċess tal-applikazzjoni se tkun disponibbli fi żmien xieraq fuq is-sit web tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura, kif ukoll fit-taqsima tas-sejħiet għall-proposti u permezz tad-Desks tal-Ewropa Kreattiva.

Esplora l-pjattaforma tar-riżultati tal-proġetti tal-Ewropa Kreattiva biex tispira ruħek minn proġetti ta’ kooperazzjoni tal-Ewropa Kreattiva appoġġati.

Tagged in:  Ewropa Kreattiva

Last updated: