Se jingħata appoġġ lill-festivals Ewropej li jipprogrammaw proporzjon sinifikanti ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej mhux nazzjonali, bl-għan li jorganizzaw attivitajiet tul sena sħiħa mmirati biex jespandu u jġeddu l-udjenzi u jimplimentaw attivitajiet innovattivi li jilħqu udjenza akbar kif ukoll inizjattivi għal udjenzi żgħażagħ. |
L-azzjoni ta’ kożvilupp Ewropew għandha tappoġġja l-kooperazzjoni fost il-kumpaniji tal-produzzjoni Ewropej fl-iżvilupp ta’ proġett uniku għall-isfruttament kummerċjali maħsub biex jintwera fiċ-ċinema, ix-xandir televiżiv jew għall-isfruttament kummerċjali fuq pjattaformi diġitali jew ambjent b’diversi pjattaformi fil-kategoriji li ġejjin: animazzjoni, dokumentarju kreattiv jew finzjoni. |
Se jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ xogħlijiet u prototipi ta’ rakkontar ta’ stejjer narrattivi interattivi b’kontenut oriġinali u/jew logħob ta’ kwalità maħsub għall-produzzjoni u l-isfruttament kummerċjali globali permezz ta’ PCs, consoles, apparat mobbli, tablets, smartphones u teknoloġiji oħra. |
L-azzjoni Films Attivi (Films on the Move) għandha tinkoraġġixxi u tappoġġja d-distribuzzjoni usa’ ta’ films Ewropej mhux nazzjonali reċenti billi tinkoraġġixxi aġenti tal-bejgħ u distributuri teatrali b’mod partikolari biex jinvestu fil-promozzjoni u d-distribuzzjoni adegwata ta’ films Ewropej mhux nazzjonali.
|
L-appoġġ lill-Bejgħ tal-Films Ewropej għandu jinkoraġġixxi u jappoġġja d-distribuzzjoni transnazzjonali usa’ ta’ films Ewropej reċenti billi jipprovdi fondi lill-aġenti tal-bejgħ Ewropej, abbażi tal-prestazzjoni tagħhom fis-suq, għal aktar investiment mill-ġdid fl-akkwist, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni (inkluż online) ta’ films Ewropej mhux nazzjonali reċenti. |
L-għan tal-appoġġ Ewropew lill-iżvilupp ta’ portafoll ta’ films huwa li titrawwem il-kompetittività tal-kumpaniji tal-produzzjoni indipendenti u li jiżdied il-piż ekonomiku tagħhom fis-suq. L-għan huwa wkoll li tiżdied il-kapaċità tal-produtturi awdjoviżivi biex jiżviluppaw proġetti b’potenzjal li jiċċirkolaw fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha, u biex tiġi ffaċilitata l-koproduzzjoni Ewropea u internazzjonali.
L-objettiv huwa li jiġu appoġġjati inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp u l-involviment tal-udjenza, inklużi attivitajiet ta’ edukazzjoni ċinematografika, li jindirizzaw b’mod partikolari udjenzi żgħażagħ.
|
L-objettiv tal-azzjoni “Għodod innovattivi u mudelli ta’ negozju” huwa li jissaħħu l-kompetittività, l-iskalabbiltà u s-sostenibbiltà tal-atturi Ewropej, kif ukoll li jittejbu l-viżibbiltà u d-disponibbiltà tax-xogħlijiet Ewropej u jiżdiedu l-udjenzi fl-ambjent diġitali. |
L-objettiv tal-appoġġ lill-kontenut televiżiv u online huwa li tiżdied il-kapaċità tal-produtturi awdjoviżivi li jiżviluppaw u jipproduċu proġetti b’saħħithom b’potenzjal sinifikanti li jiċċirkolaw fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha, u li jiffaċilita l-koproduzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fis-settur tat-televiżjoni u dak online.
Il-programm “AKP-UE lejn industrija kulturali vijabbli”, għandu l-għan li jagħti spinta lill-potenzjal tas-settur kulturali u kreattiv u l-kontribut tiegħu għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP). Il-programm għandu l-għan li jħeġġeġ l-intraprenditorija u l-innovazzjoni kulturali, joħloq impjiegi ġodda u jżid id-dħul tal-artisti u tal-professjonisti kulturali.