Il-Kamp ta’ Westerbork fil-Grigal tain-Netherlands għandu passat turbulenti.
Hu serva bħala kamp tar-refuġjati għal-Lhud ippersegwitati min-Nazisti, u wara sar kamp ta’ tranżitu li minnu l-Lhud, ir-Rom u s-Sinti kienu jiġu deportati lejn il-kampijiet ta’ konċentrament u ta' esterminazzjoni Nazisti fil-Ġermanja u t-territorji okkupati tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Olandiżi suspettati li kkollaboraw man-Nazisti kienu jinżammu priġunieri fil-kamp. Aktar tard, dan il-kamp ospita persuni li kienu qed jirritornaw mill-ex-kolonji Olandiżi fl-Indi tal-Lvant, li fosthom kien hemm grupp kbir ta’ Molukkani.
Bis-saħħa tal-istorja tiegħu l-Kamp ta' Westerbork għandu rabtiet ma’ temi kruċjali fl-istorja Ewropea bħall-okkupazzjoni, il-persekuzzjoni, il-migrazzjoni, id-dekolonizzazzjoni u l-multikulturaliżmu.
Mużew (li jipprovdi, fost attivitajiet oħrajn, programmi edukattivi) u monumenti ta’ kommemorazzjoni (bħall-Mafkar Nazzjonali tal-Westerbork) illum jinsbu fis-sit ta’ dak li qabel kien il-kamp.
Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.