Il-Mundaneum hu għelm importanti fin-nisġa intellettwali u soċjali tal-Ewropa. Il-fundaturi tiegħu, Henri La Fontaine u Paul Otlet, kienu favur il-paċi permezz tad-djalogu u l-qsim tal-għarfien fil-livell Ewropew u internazzjonali permezz ta’ tiftix bibljografiku. L-għan tal-Mundaneum kien li jiġbor l-informazzjoni kollha disponibbli fid-dinja, irrispettivament mill-medium tagħha (kotba, gazzetti, kartolini...), u li jikklassifikaha skont sistema li hu żviluppa, il-Klassifikazzjoni Deċimali Universali.
Il-Mundaneum jipprovdi s-sisien tax-xjenza tal-informazzjoni tal-lum u llum jitqies bħala prekursur tal-magni tat-tiftix fuq l-internet.