Skip to main content

Culture and Creativity

Il-Palazz tal-Paċi, The Hague, in-Netherlands

Il-Palazz tal-Paċi f’The Hague jirrakkonta l-istorja tal-paċi fl-Ewropa. Qabel ma nfetaħ il-palazz fl-1913, The Hague ospitat l-Ewwel Konferenza għall-Paċi Dinjija fl-1899 – il-qofol tal-moviment għall-paċi tas-seklu 19 li kellu l-appoġġ ta' ħafna intellettwali Ewropej.

Il-Palazz tal-Paċi beda jospita konferenzi internazzjonali għall-paċi mill-bidu tas-seklu 20, mill-1913 ’il quddiem, bl-għan li tiġi rregolata t-tellieqa għall-armi u tinstab soluzzjoni għat-tilwim internazzjonali permezz tal-arbitraġġ.

Din il-ħidma għadha għaddejja sal-lum billi l-Palazz tal-Paċi hu s-sede ta’ ħafna istituzzjonijiet ġudizzjarji (il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, il-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ, l-Akkademja tal-Liġi Internazzjonali ta' The Hague) u tinkorpora l-valuri tal-paċi u l-ġustizzja. Spiss jissejjaħ is-sede tad-dritt internazzjonali.

Skopri aktar dwar l-għażla tas-sit mir-rapport tal-panel.

Last updated: