Skip to main content

Culture and Creativity

Raggruppament tal-Udjenza

Il-kriżi tal-COVID-19 affettwat b’mod drammatiku d-drawwiet awdjoviżivi tal-udjenzi Ewropej. Iċ-ċaqliqa progressiva miċ-ċinema għall-pjattaformi li ra s-settur fl-aħħar sena aċċellerat b’mod inkredibbli minħabba l-għeluq tas-swali taċ-ċinema u tat-teatru.

Appoġġ lit-tkabbir tal-udjenza fuq pjattaformi multipli

L-objettiv ta’ dan ir-raggruppament tal-fergħa MEDIA huwa li jgħaqqad ix-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej mal-udjenzi tagħhom u jappoġġja l-iżvilupp tal-udjenzi madwar l-Ewropa u lil hinn minnha. Il-programm għandu l-għan li jikseb dan billi

  • jistimola t-tkabbir u t-tiġdid tal-udjenza billi jiżdiedu l-udjenzi fuq il-pjattaformi kollha
  • jinvolvi ruħu ma’ udjenza żagħżugħa permezz ta’ għodod edukattivi u ta’ promozzjoni multipli
  • jiżgura l-aċċess għal kontenut permezz ta’ appoġġ għas-sottotitolar

Il-fergħa MEDIA se tappoġġja lill-industrija biex taħtaf u timmassimizza l-opportunitajiet offruti mit-tranżizzjoni diġitali. Se jiġu appoġġjati modi innovattivi ta’ involviment mal-udjenza biex tiġi żgurata l-akbar udjenza possibbli għax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej.

Eliġibbiltà għall-finanzjament

L-operaturi taċ-ċinema, il-festivals, in-networks u l-operaturi tal-video on demand, id-distributuri teatrali, l-aġenti tal-bejgħ, l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, eċċ., huma eliġibbli biex japplikaw għal opportunitajiet ta’ finanzjament taħt dan ir-raggruppament.

Skopri aktar dwar il-proċess ta’ applikazzjoni

Tagged in:  Ewropa Kreattiva