Il-fergħa MEDIA tal-programm Ewropa Kreattiva tappoġġja l-industriji ċinematografiċi u awdjoviżivi Ewropej biex jiżviluppaw, jiddistribwixxu u jippromwovu xogħlijiet Ewropej, filwaqt li jitqies l-ambjent diġitali tal-lum. Barra minn hekk
- tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni tul il-katina tal-valur tal-industrija awdjoviżiva u fil-livell tal-UE sabiex jiżdiedu l-intrapriżi u l-kontenut Ewropew globalment
- tkabbar it-talenti – jiġu minn fejn jiġu
- tinvolvi ruħha ma’ udjenzi ta’ kull età, speċjalment il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ
Struttura ġdida għal programm ġdid
Biex tiġi żgurata aktar flessibbiltà fl-azzjonijiet appoġġjati u biex titħeġġeġ il-kooperazzjoni fost il-partijiet differenti tal-katina tal-valur awdjoviżiva, il-prijoritajiet tal-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027 huma strutturati madwar 4 raggruppamenti.