Skip to main content

Culture and Creativity

Premijiet Ewropej għall-Wirt

Il-Premjijiet Ewropej għall-Wirt/il-Premjijiet Europa Nostra jitfgħu dawl fuq proġetti, inizjattivi u personalitajiet notevoli fil-qasam tal-wirt kulturali.

L-UE tippremja l-kisbiet tal-wirt fl-Ewropa kollha f’erba’ kategoriji ewlenin

  • il-konservazzjoni
  • ir-riċerka
  • is-servizz dedikat għall-konservazzjoni tal-wirt
  • l-edukazzjoni, it-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni fi ħdan is-settur tal-wirt kulturali tal-Ewropa

Il-Premjijiet Ewropej għall-Wirt/il-Premjijiet Europa Nostra kull sena jagħżlu sa 30 kisba fil-qasam tal-wirt mill-Ewropa kollha biex jirċievu dan il-premju tal-UE.

Imbagħad jintgħażlu sa 4 fost ir-rebbieħa għall-Grand Prix li jirċievu premju monetarju ta’ €10,000 kull wieħed. Barra minn hekk, il-pubbliku jista’ jivvota online għall-proġett jew l-inizjattiva preferita tiegħu li mbagħad jirċievi l-Premju tal-Għażla Pubblika.

Europa Nostra tamministra l-premjijiet f’isem l-UE. Europa Nostra hija l-vuċi Ewropea tas-soċjetà ċivili impenjata li tissalvagwardja u tippromwovi l-wirt kulturali u naturali.

Għan tal-premju

Dawn il-premjijiet jippromwovu u jippremjaw eżempji ta’ suċċess fil-qasam tal-wirt kulturali u jirrikonoxxu l-“eroj tal-wirt” għall-impenn dedikat tagħhom. Dan il-premju tal-UE jqajjem ukoll kuxjenza dwar il-kwistjonijiet li qed jiffaċċja s-settur, u jipprovdi u jinkoraġġixxi aktar apprezzament u protezzjoni tal-wirt kulturali Ewropew.

Studju tal-2013 [pdf] jikkonferma li l-akbar impatt ta’ dan il-premju tal-UE huwa li jiġu enfasizzati eżempji ta’ suċċessi fis-settur u titqajjem kuxjenza dwar l-aħjar prattiki fl-Ewropa.

Sib aktar informazzjoni dwar il-premjijiet, ir-rebbieħa u s-sejħa annwali għal proposti fuq is-sit web tal-Premjijiet għall-Wirt Ewropew.