Skip to main content

Culture and Creativity

Berlin: taħlita soċjali fil-viċinat tal-Blumengroßmarkt

Għaqda ta’ Kulturi: trasformazzjoni tal-kwartier kreattiv ta’ Berlin.

Pajjiż:
Type of project :
Size of city/region:
Berlin's creative quarter transformation around the Jewish Academy in the former Blumengroßmarkt (flower market) in the centre of Berlin.

Fatti ewlenin

Studios tal-arkitettura: bfstudio-architects flimkien ma’ Benita Braun-Feldweg/Matthias Muffert; ARGE IFAU, Heide & von Beckerath architects; Deadline architects, Griffin Jürgens GbR; studju dwar id-disinn urban: bbzl böhm benfer zahiri landschaften städtebau 

Sponsor prinċipali: l-Istat Federali ta’ Berlin (Dipartiment tas-Senat għall-Iżvilupp Urban, il-Bini u l-Akkomodazzjoni) u l-Gvern nazzjonali Ġermaniż 

Sena ta’ tlestija: 2018

Erja totali: 13,000 m²  

Premjijiet:  

  • Premju Ġermaniż għall-Iżvilupp Urban 2020  
  • Premju ta’ Berlin 2021 
  • Metropolenhaus: Deutscher Bauherrenpreis 2020 
  • FIABCI Prix d’Excellence l-Ġermanja 2019 
  • Premju Ġermaniż tad-Disinn 2020 
  • Premju Ġermaniż għall-Akkomodazzjoni 2020 

Belt / sfond reġjonali

Art moxa madwar l-Akkademja Lhudija f’dak li qabel kien il-Blumengroßmarkt (suq tal-fjuri) fiċ-ċentru ta’ Berlin offriet l-opportunità li jiġi ttrasformat viċinat soċjalment stigmatizzat f’żona urbana aktar diversa. It-trasformazzjoni segwiet l-ideal ta’ belt imħallta li tiffaċilita l-koeżistenza ta’ atturi differenti u l-użu ta’ approċċ kokreattiv. 

Il-proġett iffaċċja sfidi speċifiċi għaż-żona, inkluż il-post tiegħu bħala żona periferali tal-qalba tal-belt imnissla mill-istorja tal-ex Ħajt ta’ Berlin. In-navigazzjoni tal-pajsaġġ urban kienet ikkumplikata aktar minħabba t-tqegħid flimkien ta’ regolamenti tal-ippjanar u laissez-faire arkitettorali. 

Barra minn hekk, iż-żona esperjenzat tfixkil fl-iżvilupp urban flimkien mal-koeżistenza ta’ komunitajiet paralleli, b’mużewijiet, istituzzjonijiet kulturali, u entitajiet edukattivi minn naħa waħda, u popolazzjoni fil-biċċa l-kbira migranti min-naħa l-oħra. 

Iż-żona kienet ukoll soċjalment prekarja, bi proporzjon għoli ta’ persuni bi sfond ta’ migrazzjoni (madwar 70%), flimkien ma’ livelli aktar baxxi ta’ edukazzjoni u introjtu. 

Soluzzjoni

Bi sforz kollaborattiv, fl-2010 l-komunità lokali u d-distrett ifformulaw kunċett ta’ żvilupp urban strateġiku intitolat “Arti u Kwartier Kreattiv” (KuKQ). L-għan kien li l-komunità kreattiva ġdida ta’ Berlin li qed tiffjorixxi tiġi integrata f’viċinat fejn tgħix il-popolazzjoni tal-migranti, mingħajr ma jinħolqu kunflitti soċjali, spostament, jew ġentrifikazzjoni. Il-belt fasslet pjan biex tibdel is-sit tas-suq tal-fjuri preċedenti f’viċinat abitabbli. Hi nediet kompetizzjoni tal-kunċett ta’ żvilupp li tiffoka fuq spazji xxerjati għall-interazzjoni soċjali, użi mħalltin, u tipoloġiji ġodda tal-bini. 

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni kienu tliet gruppi ta’ koinvestiment b’missjonijiet kooperattivi, soċjali u kulturali. Flimkien waqqfu l-grupp tal-proġett PxB biex jiżviluppa s-sit, b’ħidma mill-qrib mad-distrett u s-Senat ta’ Berlin. 

Illum, is-sala tas-suq tal-fjuri hi inkwadrata minn arkitettura attraenti bi programmi mħalltin u tilqa’ spazji pubbliċi. Tliet binjiet ġodda fihom appartamenti, ateliers, spazji kummerċjali, spazji tax-xogħol ixxerjat, uffiċċji, spazji għall-workshops, kmamar tas-seminars, akkomodazzjoni għall-klijenti, kċina tas-sajf, spazju għal avvenimenti, gallerija, kafetterija, ħwienet, u ristorant. Xi wħud mill-ispazji jintużaw mill-organizzazzjonijiet soċjali bħala sidien u inkwilini b’kera mnaqqsa jew b’xejn. 

Kriterji għal kwalità għolja (kuntest, sens ta’ post, diversità, sbuħija)

  • Il-proġett hu eżempju ta’ kooperazzjoni intelliġenti bejn il-partijiet ikkonċernati muniċipali, l-investituri privati magħżulin skont il-kriterji tal-interess pubbliku, u ċ-ċittadini lokali. Flimkien huma mmaniġġjaw proċess ta’ ppjanar u implimentazzjoni kokreattivi u inklużivi. 
  • Il-PxB, is-Senat ta’ Berlin u d-distrett ħolqu strumenti ta’ kooperazzjoni: kuntratt għall-iżvilupp tas-sit li jimpenja lill-PxB biex jiffinanzja proġetti interim, l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, u l-avvenimenti; proċess ta’ kwalifika b’erba’ workshops dwar id-disinn urban, il-kummerċ/l-ispazju miftuħ, l-arkitettura, u l-integrazzjoni tal-viċinat; bord konsultattiv għall-ippjanar urban u kwistjonijiet arkitettorali. 
  • Billi joffri spazju għal akkomodazzjoni inklużiva, proġett temporanju, attivitajiet kulturali u edukattivi, il-Blumengroßmarkt jimmira lejn iż-żgħażagħ, il-persuni bi sfond ta’ migrazzjoni, l-anzjani, u l-persuni qiegħda. 
  • Il-pjattaforma kulturali Feldfünf timmaniġġja l-ispazji tal-komunità fis-sular t’isfel tal-bini Metropolenhaus fejn il-komunità torganizza djalogu bejn l-arti, id-disinn u l-ħajja ta’ kuljum. 

Governanza u mmaniġġar

Persuna waħda minn kull organizzazzjoni: id-distrett ta’ Friedrichshain-Kreuzberg, Berliner Großmarkt GmbH, il-Fondazzjoni Mużew Lhudi Berlin, id-Dipartiment tas-Senat għall-Iżvilupp Urban, il-Bini u l-Akkomodazzjoni. 

Meħtiġin 8 persuni għall-immnaiġġar tal-pjattaforma kulturali, (madwar 1.5 ekwivalenti full-time flimkien ma’ xogħol volontarju).  

Baġit u finanzjament

  • €75 miljun f’fondi privati għall-bini tat-3 binjiet. Sal-lum, dan hu l-akbar proġett ta’ żvilupp urban kooperattiv fil-Ġermanja skont il-volum finanzjarju. 
  • €4,240,000 għat-tfassil mill-ġdid u t-trasformazzjoni tal-ispazji miftuħin, toroq, tal-Park tal-Bessel u tal-Enckestreet permezz ta’ programmi konġunti nazzjonali, reġjonali-muniċipali għall-“Protezzjoni tal-Patrimonju Urban”, “Ċentri u Viċinati Vibranti” u “Futur għal Ekoloġija Urbana”. 
  • €90,000 mill-Grupp PxB għall-involviment, l-attivazzjoni u l-avvenimenti taċ-ċittadini. 
  • €60,000 fis-sena mis-Metropolenhaus Groundfloor Society għall-istaff tal-immaniġġar kulturali ta’ Feldfünf.  

Ideat trasferibbli

Il-proġett jenfasizza diversi lezzjonijiet ewlenin:  

  • L-ispostament u l-ġentrifikazzjoni jistgħu jiġu evitati permezz ta’ approċċ immexxi mill-kunċett bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati, anke b’finanzjament privat. 
  • Mudelli finanzjarji komuni orjentati tajjeb, u kofinanzjament, jistgħu jsostnu spazji mhux kummerċjali għal skopijiet soċjali u kulturali.  
  • L-iżvilupp urban kooperattiv effettiv jiddependi fuq il-kollaborazzjoni u viżjoni komuni, li tintegra l-proċessi minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq.

3 pariri mill-belt: 

  • Meta proprjetà immobbli pubblika tiġi elenkata għall-bejgħ, fittxu l-awtorizzazzjoni biex tissorveljaw il-proċess tal-għażla tal-investitur skont aspetti ta’ interess komuni fuq skala rilevanti. 
  • Ħejju qafas strateġiku li jinkoraġġixxi spazji pubbliċi u privati b’użu soċjali u funzjonali mħallat. Allokaw ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet abbażi tal-aħjar kunċett ta’ żvilupp, aktar milli l-irħas prezz.  
  • Aħdmu man-nies, l-istituzzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li diġà qegħdin hemm. Huma jafu l-post, in-nies, u l-isfidi. 

Informazzjoni ta’ kuntatt

Ikkuntattjaw id-Dipartiment tas-Senat għall-Iżvilupp Urban, il-Bini u l-Akkomodazzjoni bl-email.